歌词
Waqt li nara x-xemx tielgħa minn ġol-wied
Inħares lejn is-sema, il-ħmura fis-skiet
Inħoss ġibda toħodni, dawn l-ilwien
Min qed isejjaħli, xhur u jiem
Noħroġ minn qoxorti, dan l-inkwiet
Melodija ssabbarni pass ’il quddiem
Nar jisreġ f’għajnejja, għax issa flimkien
Kontra din in-natura, iljuni fis-silġ.
Rajna s-sema jibdel il-kulur
Minn iswed faħam għal ikħal blu,
Kuluri ta’ borra li qed jieħdu n-nar
Xejn ma jibqa’ jidher għax jaqa’ ċ-ċpar.
Dort ħarist madwari u staħbejt
Ħajtek kollha ssibha taħt riġlejk
Iżda nħoss li jdejna ntrabtu flimkien
Kontra din in-natura, iljuni fis-silġ.
Iljuni fis-silġ.
Iljuni.
专辑信息