歌词
Xħin inqum filgħodu mingħalija
li llum ġurnata bħall-oħrajn
xrift inħares ftit mill-gallarija
maltempata riesqa f’ħakka t’għajn.
Napprezzaw, u ta’ kuljum
għax ta’ malajr, ir-riefnu jqum
il-bir ifur, itiru t-tjur
Li hemm fil-qalb, ngħożż żgur!
Sajjeta fil-bnazzi bla avviż
tħoss ‘il qalbek tieqaf f’sema griż
le din mhijiex ħolma, verita`
sakemm taċċettaha li realta`.
Kulħadd l-istess u m’hemmx re jew reġina
fl-istess miżien, ħadd mhu aħjar minn ħadd
iċ-ċens fih tmiem xi darba ser jagħlqulna
Ħadd wara Ħadd għad tasal ta’ kulħadd.
Napprezzaw, u ta’ kuljum
għax ta’ malajr, ir-riefnu jqum
il-bir ifur, itiru t-tjur
Li hemm fil-qalb, ngħożż żgur!
Sajjeta fil-bnazzi bla avviż
tħoss ‘il qalbek tieqaf f’sema griż
le din mhijiex ħolma, verita`
sakemm taċċettaha li realta`.
Paċi u hena, jum ġdid sebaħ
wara l-maltemp, jiġi l-bnazzi
tama ġdida, tfeġġ qawsalla
minn qiegħ qalbi, ngħidlek grazzi...
Le din mhijiex ħolma, verita`
sakemm taċċettaha li realta`.