歌词
Ser insaqsik kif qiegħed waħdi,
nisma’ leħnek jien kurjuż.
Minn xħin rajtek xtaqtek f’qalbi.
Rajtek hawn b’kumbinazzjoni,
jixraqlek ħafna dal-kulur.
Hekk jien bdejt konverżazzjoni.
U dlonk l-għajnejn, jiltaqgħu ma’ xulxin,
tbissima ħelwa u naturali.
Ħassejt in-nifs, jitqal ma’ kull pass ġdid,
qalbi trid toħroġ minn ġo sidri.
Inħoss qed ngħix il-ħajja,
mimlija nżul u tlajja’.
Inħoss qed ngħix il-ħajja.
Il-ħin itir kif qiegħed jiġri,
beda jisbaħ dan il-jum,
u flimkien rajna x-xemx tiddi.
Ngħidu ċaw sibna bi tqila,
niltaqgħu x’ħin, illejla żgur?
Iżda ma nafx kif spiċċajt għandi,
ingawdu ankè l-jum.
U dlonk l-għajnejn, jiltaqgħu ma’ xulxin,
tbissima ħelwa u naturali.
Ħassejt in-nifs, jitqal ma’ kull pass ġdid,
qalbi trid toħroġ minn ġo sidri.
Inħoss qed ngħix il-ħajja,
mimlija nżul u tlajja’.
Inħoss qed ngħix il-ħajja.
L-istorja tagħna t-tnejn,
bdiet qisha xejn mhu xejn,
iltaqgħu dawn l-għajnejn.
Kif qiegħed jgħaddi ż-żmien,
inkebbsu dan-nirien,
ma jidhirx illi ġej tmiem!
Inħoss qed ngħix il-ħajja,
mimlija nżul u tlajja’.
Inħoss qed ngħix il-ħajja.
专辑信息
1.Inżul U Tlajja’